Adrian Grima
Visit my website at www.adriangrima.com
less
Related Authors
Armando Marques-Guedes
UNL - New University of Lisbon
Enrico Cirelli
Università di Bologna
Rob S E A N Wilson
University of California, Santa Cruz
Mauro Grondona
University of Genova
Daniel Hershenzon
University of Connecticut
Daniel Selden
University of California, Santa Cruz
John Tolan
Université de Nantes
Carla Freccero
University of California, Santa Cruz
Eckart Otto
Ludwig-Maximilians-Universität München
Gennaro Varriale
Universidad de Granada
Uploads
Papers by Adrian Grima
Il-fenomenu tal-qari huwa kumpless għax huwa marbut ma’ bosta oqsma, bħall-edukazzjoni u l-influwenza tal-mezzi tal-komunikazzjoni, bħad-divertiment u l-kultura, u għalhekk jitlob analiżi lajka li għandha tibda mill-klassifika li għandna quddiemna, u mill-fatt, sagrosant, li pajjiżna, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jinvestu l-enerġija u r-riżorsi tagħhom fit-tixrid tal-qari u tal-kotba, mhu jagħmel xejn biex ikattar il-qari u l-kultura tal-qari fost il-kbar.
F’dawn l-aħħar sjuf, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bir-riżorsi limitati li ngħatawlu, mexxa inizjattiva medjatika żgħira biex il-Maltin jieħdu ktieb magħhom ħdejn il-baħar. M’għandix dubju li din l-inizjattiva ħalliet l-effett pożittiv tagħha, imma biex tkun tassew effettiva nafu li inizjattiva bħal din trid tkun parti minn strateġija nazzjonali komprensiva li jkollha l-appoġġ sħiħ tal-klassi politika li s’issa, fil-biċċa l-kbira tagħha, kienet għal kollox indifferenti lejn din il-problema, u tinvolvi oqsma differenti tal-ħajja Maltija, fosthom, fuq quddiem nett, il-mezzi tax-xandir u dawk li jħobbu l-kotba u l-letteratura. Ma saret ebda kampanja qawwija ta’ din ix-xorta u r-raġuni jkollha tkun li l-politiċi u l-amministraturi ta’ pajjiżna ma jqisux il-kura ta’ dan il-marda kronika bħala prijorità.
Forsi – u din hija interpretazzjoni iktar imqarba jew malizzjuża – bħan-nies tal-poter fir-raħal metaforiku ta’ Ħaż-Żgħir ta’ Ġużè Ellul Mercer, f’ċerti kurituri tal-poter f’oqsma differenti tas-soċjetà Maltija, mill-politika sal-Knisja, mill-mezzi tax-xandir sal-kultura, hemm min ma jridx li l-kotba jċaqilqu l-ilmijiet qiegħda. Din aktarx hija interpretazzjoni ideoloġika anakronistika, waħda li ma rridux nikkunsidraw... Jibqa’ l-fatt li meta t-tfal jaraw stazzjon nazzjonali tat-televiżjoni sajjem għal kollox minn riferimenti għall-kontenut maħsub tal-kotba fil-programmi għall-kbar; meta jisimgħu lill-“idoli” tagħhom fid-divertiment, fl-isports, fil-kultura, u fil-politika jitnebbħu minn kollox ħlief mill-kotba, dan iħarbat ix-xogħol tajjeb li qed isir f’ħafna skejjel primarji biex it-tfal ifittxu dejjem iżjed l-esperjenza tal-qari u s-seħer l-kotba. Jibqa’ l-fatt ukoll li b’dan il-mod kollox jibqa’ l-istess.
Bosta pajjiżi Mediterranji u Ewropej qed jaħdmu biex jippromwovu l-qari u l-letteratura tagħhom u dawn l-inizjattivi jagħtu ħjiel ta’ dak li nistgħu nagħmlu aħna wkoll. Hawnhekk nixtieq nipproponi għadd ta’ inizjattivi li, iktar minn investiment konsiderevoli ta’ flus, jitolbu att ta’ fidi fil-kotba u fil-kontribut li kapaċi jagħti l-qari lill-kwalità tal-ħajja u l-futur tal-individwi u ta’ komunità sħiħa.

Simposju letterarju, bil-Malti u bl-Ingliż, bis-sehem ta' awturi Maltin jew ta' nisel Malti li jgħixu barra minn Malta. Attività organizzata mid-Dipartimenti tal-Ingliż u l-Malti fl-Università, bi sħab mal-Kumitat Organizzattiv tal-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Aktar tagħrif hawnhekk: https://writersymposium.wordpress.com
L-awturi li ħadu sehem kienu Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, u Annamaria Weldon.
An event featuring Maltese writers or writers of Maltese origin living abroad organised by the Department of English and the Department of Maltese in the Faculty of Arts in collaboration with the Convention for the Maltese Living Abroad 2015. More info at: https://writersymposium.wordpress.com
The writers taking part in this event were Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, and Annamaria Weldon.
Simposju letterarju, bil-Malti u bl-Ingliż, bis-sehem ta' awturi Maltin jew ta' nisel Malti li jgħixu barra minn Malta. Din l-attività, organizzata mid-Dipartimenti tal-Ingliż u l-Malti fl-Università, bi sħab mal-Kumitat Organizzattiv tal-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b'xejn. M'hemmx bżonn tirreġistra, imma jekk bie ħsiebek tiġi u tuża l-Facebook, nitolbuk iżżur il-paġna ta' din l-attività, Writing Home Literary Symposium, u tgħarrafna li se tattendi. Aktar tagħrif hawnhekk: https://writersymposium.wordpress.com
L-awturi li se jieħdu sehem huma Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, u Annamaria Weldon.